Tubulidentata | |
---|---|
Tpinġija ta' Orikteropi Orycteropus afer | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * Orycteropodidae |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Afrotheria |
Ordni: | Tubulidentata |
Firxa tal-ordni Tubulidentata |
It-Tubulidentata huwa ordni ta' mammiferi plaċentati, eżattament l-orikteropi jew il-ħnieżer tal-art. Għandu familja waħda, l-Orycteropodidae, b'ħames ġeneri Archaeorycteropus (estint), Leptorycteropus (estint), Myorycteropus (estint), Palaeorycteropus (estint), u Orycteropus, bi speċi waħda biss ħajja.
Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Macroscelidea u l-Afrosorcida, jiffurmaw it-takson Afroinsectiphilia u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Paenungulata jiffurmaw is-superordni Afrotheria.