Awstrija

Repubblika tal-Awstrija
Republik Österreich
Republik Österreich – Bandiera Republik Österreich – Emblema
Innu nazzjonali: 
Land der Berge, Land am Strome  (Ġermaniż)
Art tal-Muntanji, Art fuq ix-Xmara

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Vjenna
48°12′N 16°21′E / 48.2°N 16.35°E / 48.2; 16.35

Lingwi uffiċjali Ġermaniż
Gvern Repubblika semi-presidenzjali federali
 -  President Alexander Van der Bellen
 -  Kanċillier Karl Nehammer
Indipendenza
 -  Dukat 1156 
 -  Arkdukat 1453 
 -  Imperu 1804 
 -  L-Ewwel Repubblika 1918–1934 
 -  Stat Federali 1934–1938 
 -  Anschluss 1938–1945 
 -  It-Tieni Repubblika mill-1945 
 -  Trattat tal-Istat fl-effett 27 ta' Lulju 1955 
Sħubija fl-UE 1 ta' Jannar 1995
Erja
 -  Total 83,878.99 km2 (113)
32,385.86 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.7
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2019 8,858,775[1] 
 -  Densità 106/km2 (107)
274/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $359.021 biljun[2] 
 -  Per capita $42,408[2] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $398.594 biljun[2] 
 -  Per capita $47,083[2] 
IŻU (2011) 0.895[3] (għoli ħafna) (18)
Valuta Ewro () (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +43
TLD tal-internet .at

L-Awstrija (Ġermaniż:Österreich), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Awstrija (bil-Ġermaniż: Republik Österreich.ogg Republik Österreich ), hi repubblika federali u pajjiż interkjuż ta' madwar 8.86 miljun ruħ[1] fl-Ewropa Ċentrali tal-Lvant. Il-pajjiż jaqsam fruntiera maċ-Ċekja u l-Ġermanja lejn it-Tramuntana, l-Ungerija u s-Slovakkja lejn il-Lvant, is-Slovenja u l-Italja fin-Nofsinhar, u l-Iżvizzera u l-Liechtenstein lejn il-Punent. It-territorju tal-Awstrija jkopri 83,879 kilometru kwadru (32,386 mi kw) u għandu klima moderata u alpina. It-territorju tal-Awstrija huwa ferm muntanjuż minħabba l-preżenza tal-Alpi; 32 % biss tal-pajjiż huwa b'għoli inqas minn 500 metru (1,640 ft), u l-ogħla punt huwa 3,798 metru (12,461 ft).[4] Il-maġġoranza tal-popolazzjoni lokali titkellem bid-djaletti Bavarjani tal-Ġermaniż bħala l-lingwa nattiva tagħha,[5] u l-Ġermaniż fil-forma standard tiegħu huwa l-lingwa uffiċjali tal-pajjiż.[6] Lingwi uffiċjali lokali oħra huma l-Ungeriż, il-Kroat Burgenland, u s-Sloven.[4]

Il-fruntieri tal-Awstrija jammontaw għal 2,524 km, il-pajjiżi tal-fruntiera (8): ir-Repubblika Ċeka 402 km; Ġermanja 801 km; Ungerija 321 km; Italja 404 km; Liechtenstein 34 km; Slovakkja 105 km; Slovenja 299 km; Izvizzera 158 km.

  1. ^ a b "Bevölkerung Österreichs wuchs 2018 um 0,41% auf 8,86 Millionen am 1. Jänner 2019" (bil-Ġermaniż). Statistik Austria. 2019-05-21. Miġbur 2019-12-14.
  2. ^ a b ċ d "Awstrija" (bl-Ingliż). Fond Monetarju Internazzjonali.
  3. ^ "Human Development Report 2011" (PDF) (bl-Ingliż). Ġnus Magħquda. 2011. Miġbur 2011-11-08.
  4. ^ a b "Austria". Ktieb tal-Fatti tad-Dinja (bl-Ingliż). Aġenzija tal-Intelliġenza Ċentrali. 2009-05-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-10. Miġbur 2009-05-31.
  5. ^ "Die Bevölkerung nach Umgangssprache, Staatsangehörigkeit und Geburtsland" (PDF) (bil-Ġermaniż). Statistik Austria. Arkivjat (PDF) mill-orġinal fl-2010-11-13. Miġbur 2010-11-17.
  6. ^ "Austria" (bl-Ingliż). Encyclopædia Britannica. 2009-05-31. Arkivjat mill-orġinal fl-2009-04-19. Miġbur 2009-05-31.

Developed by StudentB