Ewropa

Għal użi oħra, ara Ewropa (diżambigwazzjoni)
Dehra satellitari tal-Ewropa

F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, l-Ewropa hija peniżola; il-parti tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija meqjusa bħala kontinent għal motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10,400,000 km² (l-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha 799,000,000 abitant (statistiċi tal-2003) li jqiegħduha fit-tielet post fil-lista ta' kontinenti l-iktar popolati (wara l-Asja u l-Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab persuna minn kull tmienja tal-popolazzjoni mondjali.

L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli l-istorja u l-kultura tad-dinja ċivilizzata. Andreas Kaplan jiddefinixxi l-Ewropa bħala l-akbar diversità kulturali fl-iżgħar distanzi ġeografiċi.[1] Il-pożizzjoni ċentrali tal-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti l-oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u l-migrazzjoni lejn ir-reġjuni l-oħra tad-dinja. Il-klima xejn kiefra li tinsab fil-parti l-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens.

Il-baħar jifforma l-parti l-kbira tal-konfini naturali tal-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-Punent l-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, u l-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar Kaspju, il-katina muntanjuża tal-Urali u x-xmara Ural.

Il-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja
  1. ^ Kaplan, Andreas M. (2014) European management and European business schools: Insights from the history of business schools, European Management Journal, 32(4), 529-534.

Developed by StudentB