Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
Id-Dinja (), il-pjaneta li fiha ngħixu aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-Xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u ovvjament xi linji bojod dejjem jinbidlu, li huma l-isħab. Il-kulur il-blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċeani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq id-Dinja. Is-simbolu astronomiku tad-Dinja huwa ċirku u fl-intern tiegħu salib. Il-linja orizzontali tirrappreżenta l-ekwatur, waqt li dik vertikali l-meridjan (Unicode: 🜨).