Il Canto degli Italiani

Il Canto degli italiani

"Il Canto degli Italiani" (li tfisser "Il-Kant tat-Taljani") huwa l-innu nazzjonali tal-Italja miktub minn Goffredo Mameli b'kompożizzjoni ta' Michele Novaro. Fost it-Taljani l-innu huwa aħjar magħruf bħala l-Inno di Mameli (L-Innu ta' Mameli), wara l-awtur tal-lirika, jew Fratelli d'Italia (L-Aħwa tal-Italja), frażi meħuda mill-ewwel vers.

Fl-1847, il-poeta Goffredo Mameli kiteb Il Canto degli Italiani li kienet tesprimi il-ġlieda għall-unifikazzjoni u l-indipendenza tal-Italja, u għalhekk nfirxet u saret popolari immens fi żmien ir-Risorgimento (lit. Qawmien, il-proċess tal-unifikazzjoni tal-Italja fis-seklu 19). Wara l-unifikazzjoni fl-1861, l-innu tal-Familja tas-Savoja kien ukoll użat bħala innu nazzjonali. Meta fl-1946 l-Italja saret repubblika, Il Canto degli Italiani intgħażlet biex isservi ta' innu nazzjonali temporanju. Din l-għażla baqgħet ma ġiet qatt riveduta u baqa' jżomm dan ir-rwol matul is-snin filwaqt li baqa' l-innu nazzjonali de facto tar-Repubblika Taljana.


Developed by StudentB