Ruma

Ruma
Roma (IT)
Bandiera
Lokazzjoni ta' Ruma
Pajjiż
Reġjun
 Italja
 Lazjo
Gvern
 • Commissario Prefettizio

Francesco Paolo Tronca
Erja
 • Total

1,285 km2 (496.3 mi kw)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Popolazzjoni (2014)
 • Densità
 • Comune
 • Metro

2,232/km2 (5,781/mi kw)
2,869,461[1]
4,321,244[2]
Kodiċi postali 00100
Sit tal-Web Comune di Roma

Ruma (Taljan:Roma It-Roma.ogg roːma ) hija belt u komun speċjali (imsemmi Roma Capitale) fl-Italja. Ruma hija l-belt kapitali tal-Italja u tar-reġjun Lazjo. B'2.9 miljun reżident f'1,285 km2 (496.1 mi kw), hija l-aktar belt popolata tal-pajjiż u r-raba' l-aktar popolata fl-Unjoni Ewropea mill-popolazzjoni ġewwa l-konfini tal-belt. Il-Belt Metropolitana ta' Ruma għandha popolazzjoni ta' 4.3 miljun ruħ.[2] Il-belt tinsab fil-parti ċentrali tal-punent tal-Peniżola Taljana, tul ix-xtut tax-xmara Tevere. Il-Belt tal-Vatikan hija pajjiż indipendenti ġewwa l-konfini tal-belt ta' Ruma, l-uniku eżempju eżistenti ta' pajjiż ġewwa belt: għal din ir-raġuni, Ruma tiġi spiss definita bħala l-kapitali taż-żewġ stati.[3][4]

L-Istorja ta' Ruma tmur lura għal aktar minn elfejn sena. Filwaqt li l-mitoloġija Rumana tgħid li Ruma twaqqfet madwar is-sena 753 QK, il-post ilu abitat minn ħafna qabel, u għalhekk il-belt hija waħda mill-eqdem siti kontinwament okkupati fl-Ewropa.[5] Il-Popolazzjoni bikrija tal-belt oriġinat minn taħlita ta' Latini, Etruskani u Sabini. Wara, il-belt suċċessivament saret il-kapitali tar-Renju Ruman, tar-Repubblika Rumana u tal-Imperu Ruman, u hija meqjusa bħala waħda mill-postijiet tat-twelid taċ-ċiviltà tal-Punent u minn xi nies l-ewwel metropoli li qatt kien hemm.[6] Hija magħrufa bħala "Roma Aeterna" (Il-Belt Eterna) [7] u "Caput Mundi" (Kapitali tad-Dinja), żewġ kunċetti ċentrali fil-kultura antika Rumana.

Wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Punent, li mmarka l-bidu tal-Medjuevu, Ruma bdiet taqa' bilmod taħt il-kontroll politiku tal-Papat, li kien stabbilit fil-belt mill-ewwel seklu AD sas-seklu 8, meta sar il-belt kapitali tal-Istati Papali, li damu sal-1870.

Mir-Rinaxximent, kważi l-Papiet kollha ta' wara Nikola V (1422–55), għal erba' mitt sena segwew b'mod koerenti programm arkitettoniku u urbanistiku li għamlu l-belt ċentru artistiku u kulturali dinji.[8] Minħabba dan, Ruma saret l-ewwel waħda miċ-ċentri maġġuri ewlenin tar-Rinaxximent Taljan, u wara, saret il-post tal-ħolqien tal-istil Barokk u tan-neoklassiċiżmu. Artisti famużi, pitturi, skulturi u periti, għamlu Ruma ċ-ċentru tal-attività tagħhom, waqt li ħolqu kapolavuri madwar il-belt. Fl-1871, Ruma saret il-kapitali tar-Renju tal-Italja, u fl-1946, tar-Repubblika Taljana.

Ruma għandha l-istatus ta' belt globali.[9][10][11] Fl-2014, Ruma ġiet klassifikata l-erbatax l-aktar belt miżjura fid-dinja, it-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar attrazzjoni turistika popolari fl-Italja.[12] Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa elenkat mill-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji.[13] Il-monumenti u l-mużewijiet bħall-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kolossew, huma fost l-aktar destinazzjonijiet li jżuruhom nies turistiċi fid-dinja, iż-żewġ postijiet jirċievu miljuni ta' turisti kull sena. Ruma ospitat l-Olimpjadi tas-sajf 1960 u s-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura.

  1. ^ "Istat official population estimates". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-27. Miġbur 2015-12-24. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  2. ^ a b Bilancio demografico Anno 2014 (dati provvisori). Provincia: Roma - Demo.istat.it
  3. ^ Presidenza della Repubblica (ed.). "Discorsi del Presidente Ciampi". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  4. ^ La Repubblica (ed.). "Le istituzioni salutano Benedetto XVI". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ Heiken, G., Funiciello, R. u De Rita, D. (2005), The Seven Hills of Rome: A Geological Tour of the Eternal City. Princeton University Press. (EN)
  6. ^ Old Age in Ancient Rome (EN)
  7. ^ "APROXIMACIÓN A LA ICONOGRAFÍA DE ROMA AETERNA" (PDF). 2010. pp. 349–363. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-09-23. Miġbur 2015-12-24. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |kuljom= (għajnuna)
  8. ^ Istituto di Studi Romani (ed.). Topografia e urbanistica di Roma (bit-Taljan). pp. 346–47. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess=, |belt=, u |kuljom= (għajnuna)
  9. ^ Lboro.ac.uk (ed.). "GaWC – The World According to GaWC 2012". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  10. ^ Managementthinking.eiu.com (ed.). "Rome" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-11-01. Miġbur 2015-12-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |title= (għajnuna)
  11. ^ "2014 Global Cities Index and Emerging Cities Outlook". Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  12. ^ Most Visited Cities
  13. ^ "Historic Centre of Rome, the Properties of the Holy See in that City Enjoying Extraterritorial Rights and San Paolo Fuori le Mura". UNESCO World Heritage Center. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)

Developed by StudentB